30 mara jistennew tarbija bl-IVF – One News

Notifiki

30 mara jistennew tarbija bl-IVF

Hekk kif ninsabu fl-ewwel ġranet tas-sena l-ġdida, madwar erbgħin koppja, ġenituri ta’ tfal li twieldu bl-IVF ingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw dan il-miraklu tal-ħajja.

Trabi li kienu fost il-mija u erbat itfal li twieldu minn Jannar ta’ tliet snin ilu ‘l hawn mindu ddaħħal l-IVF f’pajjiżna.

Ma’ One News, waħda mill-ommijiet tirrakkonta l-esperjenza li għaddiet minnha sakemm twieled binha Michael.

Amy Mallia qalet: “practically ahna Michael l-4th ivf tieghi, ix-xewqa ta’ kull koppja li jkollha l-familja taghha, l-ewwel tliet chances kienu roller coaster kbira ta’ emozzjonijiet, kull wahda hija gamble, iva, le, kwazi kwazi sal-ahhar mument, minuta li tara t-tarbija f’idejk tghid dan xi darba se jitwieled”

Lil Amy iltqajna magħha waqt l-ewwel attivita’ tas-sena mill-Ministeru għas-saħħa li kienet iddedikata għal dawk it-trabi li twieldu permezz tal-IVF.

Minn Jannar tal-elfejn u ħmistax ‘l hawn twieldu mija u erbat itfal filwaqt li hemm tletin mara oħra li qed jistennew tarbija.

Proċess li finalment iħalli lil dawk li jsiru ġenituri bla kliem: ”kien hemm darba tabiba li qaltli dat-trabi li huma b’ivf, kull tarbija hija specjali imma dawn extra special ghax ahna issa nghidu l-bambin dam hames snin jippreparahulna ghalina u allura kien xi haga specjali biex domna hames snin nistennewh.

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa, Chris Fearne qal li dan huwa wieħed mill-akbar mumenti ta’ sodisfazzjon għal min jaħdem fil-politika…li jara l-bidla fil-ħajja tan-nies frott id-deċiżjonijiet li jittieħdu.

Huwa qal li fix-xhur li ġejjin se jkunu qed jitħabbru emendi fil-liġi eżistenti li dwarhom konxji li se jaqilgħu l-kritika iżda dan ma jżommx lill-Gvern lura milli jkompli jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.

Il-Ministru tas-saħħa Chris Fearne stqarr:

“Ahna rridu issa li nkomplu nespandu dan is-servizz, ix-xjenza dejjem tavvanza, dejjem jidhlu sistemi u metodi godda u allura rridu nuzawhom biex naghtu aktar nisa, aktar koppji, l-opportunita li jiffurmaw familja, meta jkollok daw it-trabi f’idejk tinduna li ghalkemm il-politika tista’ tkun difficli, id-decizjonijiet li tiehu jkunu verament li jistghu ihallu frott u dak huwa verament wiehed mill-akbar sodisfazzjon li wiehed jista’ jiehu.”

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend