It-temperatura mistennija togħla fl-ewwel jum tas-sena | One News

Notifiki

It-temperatura mistennija togħla fl-ewwel jum tas-sena

Hekk kif is-sena qiegħda tasal fi tmiemha, l-infieħ mill-Majjsitral huwa mistenni li jimmodera matul iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena u jaqbel ħafif għal moderat mill-Punent fl-ewwel jum tas-sena.

Għada, it-30 ta’ Diċembru, mistennija xi ħalbiet tax-xita iżda minkejja dan, is-smewwiet għandhom jiċċaraw fil-ħin għal-lejlet l-Ewwel tas-Sena u l-kundizzjonijiet ikomplu jitjiebu matul il-ġurnata tal-ewwel jum ta’ Jannar.

It-temperaturi għandhom jogħlew gradwalment fl-aħħar ġimgħa tas-sena. Huwa mistenni li fl-1 ta’ Jannar it-temperaturi jogħlew b’2 gradi għal 18°Ċ.

Dawk kollha ħerqana li jiċċelebraw il-wasla tas-sena l-ġdida fil-miftuħ m’għandhomx iħossu kesħa tremenda hekk kif l-aktar temperatura baxxa mbassra għal tmiem il-ġimgħa hi ta’ 10 gradi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend