Apple titlob apoloġija għan-nuqqas t’effiċjenza f’mudelli antiki tal-iPhones – One News

Notifiki

Apple titlob apoloġija għan-nuqqas t’effiċjenza f’mudelli antiki tal-iPhones

L-iPhone tiegħek naqsitlu l-effiċjenza u taħseb li għandu problemi fil-batterija?

Issa tista’ tikkonferma li d-dubji tiegħek huma verità hekk kif il-kumpanija rinomata Apple ħarġet b’apoloġija wara li kienet qed taffaċċja skrutinju kbir rigward għajdut li l-kumpanija nnifisha kienet qed tnaqqas l-effiċjenza ta’ mudelli antiki tal-iPhone.

Fl-apoloġija tagħhom, Apple tennew li dan qed jagħmluh sabiex itawlu l-ħajja tal-iPhones wara li nnutaw kif il-batteriji maż-żmien ma setgħux ilaħħqu mad-domanda tas-sistema.

B’konsegwenza ta’ dan, huma implementaw sistema aġġornata li tgħin tnaqqas l-effiċjenza tal-iPhone biex b’hekk il-batterija tkun tista’ tlaħħaq mas-sistema.

Kienu ħafna, li minkejja l-apoloġija tal-kumpanija, tennew li l-kumpanija għamlet dan sabiex il-klijenti jirrikorru għall-mudell iktar ġdid tal-iPhone speċjalment issa li ħarġu l-iPhone 8, 8+ u l-iPhone X.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend