Iseħħ tpartit ta' mijiet ta' priġunieri fl-Ukrajna | One News

Notifiki

Iseħħ tpartit ta’ mijiet ta’ priġunieri fl-Ukrajna

Mijiet ta’ priġunieri tal-gwerra inħelsu bejn l-awtoritajiet Ukreni u r-ribelli separatisti appoġġjati minn forzi Russi.

Din l-operazzjoni fil-Lvant tal-Ukrajna saret taħt sigurtà stretta u kienet l-ikbar waħda sa minn mindu faqqgħet il-kriżi politika fl-Ukrajna.

Madwar 230 persuna ntbagħtu lejn żoni kkontrollati mir-ribelli filwaqt li 74 persuna li nżammu mir-ribelli ntbagħtu lejn l-Ukrajna u sabu lil President Ukren, Petro Poroshenko jilqagħhom.

Numru ta’ persuni li kellhom jinħelsu u jintbagħtu lejn żona kkontrollata mir-ribelli rrifjutaw jagħmlu dan u saħqu li jippreferu jibqgħu jgħixu fit-territorju li jinsab f’idejn il-Gvern Ukren.

Bosta minn dawn in-nies inħelsu minn kull akkuża ta’ vjolenza kontra l-Gvern Ukren.

Din l-operazzjoni ta’ tpartit ta’ priġunieri seħħet wara l-ftehim ta’ paċi li kien iffirmat f’Minsk, sentejn ilu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend