Sfida Maltija għal għan nobbli | One News

Notifiki

Sfida Maltija għal għan nobbli

Tmintax –il żgħażugħ u żagħżugħa erħewlha lejn it-Tanzania biex jitilgħu il-Kilimanjaro.  Dan wara li dan l-istess grupp tella’ bosta attivitajiet biex bl-għajnuna wkoll ta’ bosta donazzjonijiet minn intrapriżi maltin ġabru  ħamsa u sebgħin elf ewro biex tinfetaħ skola tat-tfal żgħar ġewwa Wush Wush fl-Ethiopia.

Tkellimna ma’ wieħed mill-organizzaturi, Austin Cachia li saħaq fuq il-ġid li qed tħalli l-isfida li qed issir ta’ kull sena.

L-organizzatur, Austin Cachia qal li “Din kienet bdiet, kien hemm Keith Marshall u Dun Ġorġ li ħalliena m’ilux, kien, xtaq, xtaqu jiġbru l-flus biex jibnu xi proġetti l-Ethiopia.  Illum tnax-il sena wara, tnax –il sena wara għandna KC11.  Inġabru –il fuq minn seba’ mitt elf, kważi seven hundred fifty thousand jiġifieri matul dawn is-snin kollha.”

Wieħed mill-Parteċipanti li se jkun qed imexxi lit-tim, Reuben Balzan qal kif l-isfida prinċipali se tkun l-altitudni tal-muntanja li hi għolja madwar ħamest elef tminn mija, ħamsa u disgħin metru l-fuq mill-livell tal-ilma.

Reuben Balzan, wieħed mill-parteċipanti qal li“ Żewġ sfidi prinċiparjament.  L-ewwel ħaġa m’għandniex muntanji u allura m’għandekx fejn tixxabbat ma’ muntanji bl-istess livell li se nsibu hemmhekk.   It-tieni sfida ċertament hija l-altitude, wada mill-affarijiet, problemi kbar li jkollok hija il-, in-nuqqas t’ossiġnu li jkun hemm minħabba l-altitudni.  Ovjament aħna m’għandniex mod kif nitrenjaw għaliha Malta pero kunfidenti li se jirnexxielna xorta.

Sebastian Bianchi, Parteċipant ieħor qalilna kemm l-esperjenza wasslet ukoll biex jingħaqdu bħala grupp  filwaqt li jħarsu mhux biss lejn l-għan filantropiku iżda wkoll bħala sfida li tħalli impatt kbir personalment.

Hekk  kif jinżlu lura minn fuq il-muntanja wara sfida li se tieħu madwar sebat’ ijiem, il-grupp se jmorru f’Wush Wush fl-Ethiopia fejn hemmhekk se jassistu għall-inawgurazzoni tal-iskola l-ġdida li se tinfetaħ ukoll bis-saħħa tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend