Vincent Oliver Abela, ta’ sittin sena ġie kkundannat sentenza ta’ xahrejn ħabs sospiżi għal sentejn u ordnat iħallas multa ta’ elfejn u erba’ mitt ewro.
Dan wara li nstab ħati li wettaq xogħol, u impjega miegħu persuna li wettqet xogħol, ta’ gwardjani privati mingħajr il-liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Abela li għandu kumpanija ta’ investigatur privat spiċċa l-qorti wara li fl-elfejn u sitta tqabbad minn Julia Coleiro biex jgħasses lil żewġha Carmel, għalx issuspettat li kellu relazzjoni ma’ mara oħra.
F’Novembru tal-istess sena, Abela ħejja ir-rapport tal-investigazzjoni u li wara ntuża fil-Qorti tal-familja fi proċeduri ta’ separazzjoni.
L-investigatur spiċċa l-qorti wara li mar jagħmel rapport l-Għassa tal-pulizija wara li r-raġel tal-klijenta tiegħu, marlu fl-uffiċċju.
Madankollu l-pulizija bdiet proċeduri kontrih dwar akkużi li ħadem ta’ gwardjan privat mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u li ħaddem lil persuna miegħu bla liċenzja,
Dan għaliex irriżulta li għalkemm fl-elfejn u tlieta Abela ġab ċertifikat minn barra, ma kellux il-liċenzja mill-Kummissarju.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti qieset l-fedina penali kkullurita tal-akkuzat fosthom frodi, theddid ta’ uffiċjali tal-Pulizija minħabba l-qadi ta’ dmirijietu.