"Jekk ħa tixrob, issuqx" | One News

Notifiki

“Jekk ħa tixrob, issuqx”

Għal sena oħra, il-Korp il-Pulizija jagħmlu appell lill-pubbliku li jekk ser jiddeċiedu li jixorbu naqra, ma jsuqux. Dawn il-festi sbieħ tal-Milied għadhom jitgawdew fil-paċi mal-familji iżda ta’ kull sena nisimgħu bi traġedji li joħonqu l-ferħ li jġibu magħhom dawn il-jiem ta’ festi.

Bil-liġijiet il-ġodda tas-sewqan huwa mistenni li n-nies ifittxu alternattiva minflok isuqu lilhom infushom wara lejl barra. Però xorta tibqa’ dik il-possibilità li wieħed jitlef 11 -il punt u l-gost kollu tal-Milied.

Il-Korp tal-Pulizija għandu biss messaġġ wieħed: Jekk ser tixrob, issuqx.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend