Donald Trump ifaħħar sanzjonijiet ġodda imposti fuq il-Korea ta’ Fuq – One News

Notifiki

Donald Trump ifaħħar sanzjonijiet ġodda imposti fuq il-Korea ta’ Fuq

Il-President Amerikan Donald Trump faħħar lin-Nazzjonijiet Magħquda talli imponiet sanzjonijiet ġodda u iebsin fuq il-Korea ta’ Fuq.

Dan bħala rispons għat-testijiet b’missili ballistiċi, b’uħud mis-sanzjonijiet maħsuba biex iwaqqfu il-programm nukleari.

L-għan ta’ dawn is-sanzjonijiet huwa li l-importazzjoni tal-fjuwil fil-Korea ta’ Fuq tonqos b’disgħin fil-mija.

Fuq Twitter, Donald Trump kiteb li dawn is-sanzjonijiet huma xhieda li d-dinja trid il-paċi u mhux il-wewt. Iċ-Ċina u r-Russja, l-akbar sħab kummerċjali ta’ Pyongyang, ivvutaw favur ir-riżoluzzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend