L-importanza tal-valur tal-ġenerożità fi żmien il-festi | One News

Notifiki

L-importanza tal-valur tal-ġenerożità fi żmien il-festi

Iċ-Ċentru LEAP tal-Kottonera flimkien mal-kulleġġ ta’ Santa Margerita u l-Appoġġ qed itellgħu inizjattiva bl-isem ta’ Ngħinu Flimkien ma’ Santa. Din l-inizjattiva hija timmira li tippromovi l-ġenerożità fi żmien il-festi.

Apparti dan, din l-inizzjattiva tipprovdi spazju fejn l-istudenti li jattendu l-iskola primarja tal-Birgu, ikunu jistgħu jiddiskutu u jaqsmu l-ideat tagħhom bil-għan li noħolqu komunità ideali. Kif ukoll tagħti l-opportunità lill-membri tal-komunità sabiex jipparteċipaw permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni.

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca ukoll ser tagħti s-sehem tagħha f’din l-inizjattiva. Filfatt żaret numru ta’ studenti li jattendu l-iskola primarja tal-Birgu, fiċ-ċentru LEAP.

Din l-attività ġiet organizzata bħala parti min-network ta’ inizzjattivi taċ-ċentru LEAP li qed tipprova toħloq spazju għal diversi entitajiet sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw mal-bżonnijiet tas-soċjetà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend