Konsultazzjoni għal kapitali iktar nadifa – One News

Notifiki

Konsultazzjoni għal kapitali iktar nadifa

Tnediet konsultazzjoni pubblika biex permezz ta’ Avviż Legali jinbidlu l-ħinijiet u metodi tal-ġbir tal-iskart fil-Belt Valletta.

F’din il-konsultazzjoni, li għadha miftuħa sal-15 ta’ Jannar, s’issa qed tipproponi li l-ħinijiet tal-ġbir jinbidlu għal bejn nofsillejl u t-3am, u 3pm u 5pm.
Barra minn hekk qed jiġi propost li minn €58, il-multa għal min joħroġ l-iskart barra mill-ħinijiet imposti titla’ ghal €200 fl-ewwel offiża, €500 mat-tieni offiża, u €1000 mat-tielet offiża.
Fl-istess waqt, min jiġbor l-iskart se jintalab jikkonforma ma’ daqsijiet u speċifikazzjonijiet stabbiliti. Fosthom għaliex trakkijiet kbar għall-ġbir tal-iskart mhumhiex posthom fit-toroq tal-Belt, l-iktar f’ħinijiet fejn ikun hemm bosta persuni. Għaldaqstant multi f’dan l-aspett se jibdew minn €750.
Kien innutat kif fl-aħħar 4 xhur fil-Belt Valletta inħargu mal-130 multa ta’ nfurzar dwar rimi bl-addoċċ ta’ skart.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend