Sewwieq ta’ mutur u raġel ieħor ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 fi Triq Aldo Moro fil-Marsa meta mutur tat-tip Honda misjuqa minn ġuvni ta’ 24 sena residenti Birkirkara kellu impatt ma’ mutur ieħor misjuq minn ġuvni ta’ 29 sena residenti Ħal Għaxaq bil-konsegwenza li fil-ħabta ntlaqat ġuvni Somalu ta’ 21 sena residenti Birżebbuġa li kien fuq il-bankina.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur tat-tip Honda u l-ġuvni Somalu.
Il-kundizzjoni tagħhom għadhom mhix magħrufa.