Ana Gomes, il-kap tad-delegazzjoni Ewropea li l-ġimagħtejn ilu żaret lil pajjiżna dwar is-saltna tad-dritt f’Malta, ċaħdet rapporti fil-midja u blogs lokali li Maria Efimova, ir-Russa fiċ-ċentru ta’ kontroversja dwar il-każ Egrant, għaddiet xi dokumenti marbuta mal-istess kumpanija lid-delegazzjoni.
F’rapport f’The Times miktub minn Ivan Camilleri l-Erbgħa li għadda ngħad li matul is-sessjoni li saret fi Strasburgu t-Tnejn li għadda permezz ta’ video conferencing, Efimova għaddiet bosta dokument lill-membri parlamentari Ewropej biex issostni l-allegazzjonijiet tagħha.
Dakinhar stess l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħareġ stqarrija immedjata li fiha sostna li ma jista’ jkun hemm l-ebda dokument ġenwin. Madankollu ħeġġeġ lill-membri parlametari Ewropej biex jgħaddu dawn is-suppost dokumenti lill-Maġistrat Aaron Bugeja li qed jinvestiga l-każ.
Madankollu, f’kummenti lill-gazzetta Illum, Ana Gomes ċaħdet dak irrapportat f’The Times u qalet li r-Russa ma tathom l-ebda dokument.
Il-ġurnal ikkwota lill-membru parlamentari Portugiża ssostni li l-kuntrarjament għal dak li rat irrapportat f’Malta, Efimova m’għadditilniex dokumenti. Qalet li hemm dokumenti li hija qasmet ma’ nies oħrajn, iżda lilhom ma tathom xejn.
Fix-xhur li għaddew, il-qorti ordnat li Efimova titoġġa fil-lista ta’ persuni mfittxija b’mandat ta’ arrest kontriha wara li ma dehritx il-Qorti fuq akkużi ta’ rapport falz li għamlet kontra uffiċjal tal-pulizija.
Huwa mifhum li r-Russa telqet minn Malta f’Ġunju li għadda bla ħallset tal-kera u l-kontijiet pendenti li kellha ma’ sid l-appartament li kienet tgħid fih f’Tas-Sliema.