Żagħżugħ ta’ dsatax il-sena mill-Ghana, Agyeman Maxwell, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li s-Sibt filgħaxija kkaġuna feriti gravi fuq sieħbu, li joqgħod miegħu fl-istess residenza.
Fl-ewwel seduta fejn il-prassi hija jekk wieħed jingħatax il-ħelsien mill-arrest jew le, bdiet il-kumpilazzjoni wkoll, dan għall fatt li wieħed mix-xhieda għandu jitlaq minn pajjiżna t-Tnejn.Omar Robach li xħin beda l-argument kien ftit tal-metri l-bogħod qal kif l-akkużat beda jagħti lill-vittma permezz ta’ lasta u sikkina, dan filwaqt lill-vittma ma għamel l-ebda reazzjoni.
Il-vittma Francis Opoku qal li qala’ daqtejn ta’ sikkina f’rasu u f’zaqqu minngħand l-akużat.
Huwa qal ukoll kif kien qed ikollom għadd ta’ argumenti bejniethom tant li tlett ġimgħat ilhu huwa ta’ daqqa ta’ ħarta lill-akkużat.
L-akkużat, li deher imbikkem qal li jiddisjaċih ta’ li għamel. Il-Maġistrat Audrey Demicoli aġġornat il-każ għal nhar it-Tlieta.