Koppja biljunarja jinstabu mejtin f'darhom | One News

Notifiki

Koppja biljunarja jinstabu mejtin f’darhom

Barry u Honey Sherman, koppja biljunarja Kanadiża, instabu mejtin f’darhom ġewwa Toronto.

Il-mewt tagħhom qed jitqies bħala suspettuż mill-pulizija Kanadiża.

Il-bejjiegħ tal-propjetà tal-familja skopra ġisimhom fil-propjetà lussuża li riċentament marret fis-suq għal 6.9 miljun dollaru.

Uffiċjali li kienu msejħa għall-assistenza medika f’darhom innutaw li ma kien l-ebda ħjiel ta’ sforz jew sgassar fid-dar.

Din il-koppja kienet waħda mill-aktar koppji sinjuri fil-Kanada u kemm il-darba taw miljuni ta’ flus bil-għan li jgħinu numru ta’ universitajiet, sptarijiet u l-komunità tal-Ġiżwiti. Apparti dan, kienu strumentali mmens fil-kampanja tal-president preżenti, Justin Trudeau. Trudeau were d-dispjaċir tiegħu għal din l-aħbar u bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Sherman.

Barry Sherman kien il-kap eżekuttiv tal-kumpanija farmaċewtika, Apotex u numru ta’ membri tal-familja għamlu diversi kawżi l-qorti jallegaw li ġew miċħuda minn sehemhom fil-kumpanija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend