Ħames snin inkjesta fuq abbuż sesswali fl-Awstralja ikkonkludiet li l-istituzzjonijiet fallew serjament milli jipproteġu lit-tfal.Dan wara li mill-elfejn u tlettax ‘l hawn, il-kummissjoni rreferriet aktar minn elfejn u ħames mitt allegazzjoni lill-awtoritajiet. Il-kummissjoni rjali, l-ogħla forma ta’ inkjesta pubblika fl-Awstralja, semgħet aktar minn tmint elef xhud mill-vittmi ta’ abbuż. L-akkużi inkludew knejjes, skejjel u għaqdiet sportivi. Fost aktar minn erba’ mitt rakkomandazzjoni, ir-rapport jappella lill-knisja kattolika biex tirrevedi r-regoli taċ-ċelibat tagħha. Ir-rapport finali żied mija u disgħa u tmenin rakkomandazzjoni li jingħaqdu mal-mitejn u għoxrin li diġa huma pubbliċi.
Issa jmiss li l-proposti jiġu kkunsidrati mill-leġislaturi bil-Prim Ministru, Malcolm Turnbull qal li ġiet żvelata traġedja nazzjonali.