Theresa May għal Brussell wara li tilfet vot kruċjali dwar Brexit | One News

Notifiki

Theresa May għal Brussell wara li tilfet vot kruċjali dwar Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistennija tasal għas-summit fi Brussell, sigħat wara li ribelli Konservattivi fil-Parlament Ingliż rebħu kontra l-Gvern f’vot kruċjali fuq Brexit. Il-membri parlamentari appoġġjaw emenda li tagħthom garanzija legali ta’ vot fuq il-ftehim finali ta’ Brexit milħuq mal-Unjoni Ewropea.

Wieħed mir-ribelli, Stephen Hammond, tkeċċa mill-irwol ta’ viċi chairman tal-partit wara li ħareġ l-eżitu tal-vot. Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiddeċiedu li jimxu ‘l quddiem għat-taħdidiet ta’ kummerċ mar-Renju Unit fis-summit mifrux fuq jumejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend