Jinqatlu aktar minn 6,000 fil-Myanmar | One News

Notifiki

Jinqatlu aktar minn 6,000 fil-Myanmar

Medecins Sand Frontieres qalet li minn tal-inqas sitt elef u seba mitt Rohingya inqatlu meta f’Awwissu li għadda nqala l-inkwiet f’Myanmar. Skont stħarriġ li sar fost ir-refuġjati f’Bangladesh, in-numru huwa ferm ikbar minn dak uffiċjali kkwotat minn Myanmar, li kien erba mija. Medecins Sand Frontieres qalet li ċ-ċifra ta’ kważi sebat elef hija l-iktar indikazzjoni ċara tal-vjolenza li saret mill-awtoritajiet ta’ Myanmar. Il-militar tal-istess pajjiż weħħel fit-terroristi li wettqu l-vjolenza u ċaħdu li huma għamlu xi ħaġa ħażina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend