Persuna mejta u 18 oħra ndarbu fi splużjoni li seħħet f’impjant tal gass fl-Awstrija kmieni dalgħodu.
Ħsarat tekniċi f’impjant tal-gass Awstrijakk, kkawżaw splużjoni u nar qawwi li ħataf il-ħajja ta’ ħaddiem li kien fuq il-post.
Bħalissa għaddejja operazzjoni minn timijiet ta’ salvataġġ u tim mediku sabiex jiġu assistiti madwar sittin ħaddiem li kienu fuq il-post dak il-ħin.