Ix-xogħlijiet fi Triq San Nikola Bormla waslu fl-aħħar fażijiet.
Biex jitnaqqas l-inkonvenjent lill-pubbliku, l-aħħar saff fuq il-wiċċ tat-triq ser jingħata għada fil-festa
pubblika. Għalhekk, it-triq ser tkun kompletament magħluqa għat-traffiku, inkluż għat-trasport pubbliku,
għada mill-5.00 ta’ filgħodu sa nofsillejl.
Inħeġġu lis-sewwieqa jgħaddu minn toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.