Is-servizz tal-Katamaran bejn Malta u Sqallija mhux se jkun qed jopera sas-Sibt 16 ta’ Diċembru, dan skont il-kumpanija Virtu Ferries.
Is-servizz ġie kkanċellat kawża ta’ “problemi tekniċi”, qalet dan il-kumpanija fuq is-sit elettroniku tagħha.
L-istess messaġġ jgħid li l-passiġġieri kollha li bbukjaw huma mitluba biex jagħmlu kuntatt mal-uffiċini ta’ Virtu Ferries fuq 22069022 jew jistennew għal aktar aġġornamenti li se jkunu ppubblikati fuq l-istess sit.