Maltija ftit metri 'l bogħod mill-attakk terroristiku fi New York | One News

Notifiki

Maltija ftit metri ‘l bogħod mill-attakk terroristiku fi New York

Kmieni dalgħodu fi New York inkisret ir-rutina f’żona invażata bit-turisti speċjalment f’dan iż-żmien ta’ festi. F’inqas minn xahar u nofs mindu seħħ attakk terroristiku f’Manhattan li ħalla tmien persuni mejta, dan l-istat Amerikan reġà kien fil-mira tat-terroristi.

Din id-darba viċin Times Square. Maltija li qed tgħix tefa’ ta’ ġebla ’l bogħod minn fejn seħħ l-attentat irrakkontat ma’ ONE NEWS il-paniku li nqala’ ftit wara li seħħet l-isplużjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend