Kappillan ġdid għall-parroċċa ta' Ħal Kirkop | One News

Notifiki

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Ħal Kirkop

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Martin Cardona bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Leonardu f’Ħal Kirkop li tiġbor fiha madwar 2,200 persuna f’780 familja.

Dun Martin Cardona twieled Ħal Qormi fit-13 ta’ April 1961, u rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola ta’ San Bastjan, Ħal Qormi, u fil-Kulleġġ St Elias, Santa Venera. Studja fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju 1993.

Dun Martin serva bħala viċi kappillan fil-parroċċi ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, u ta’ Ħal Kirkop. Kien ukoll surmast tas-Seminarju Minuri, Tal-Virtù. Fl-1998 inħatar kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan u fl-2003 kappillan u mbagħad arċipriet tal-Parroċċa tal-Gudja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend