Ir-rebbieħ tal-Eurovision 2017 bi trapjant tal-qalb | One News

Notifiki

Ir-rebbieħ tal-Eurovision 2017 bi trapjant tal-qalb

Ir-rebbieħ tal-Eurovision Song Contest 2017, il-Portugiż Salvador Sobral, qed ikun rikoverat l-isptar wara li għamel trapjant tal-qalb.

Il-kirurgi fl-Isptar Santa Cruz fil-kapitali Portugiża Lisbona qalu li l-kantant ta’ 27 sena jinsab tajjeb.

Il-kirurgu Miguel Abecasis qal li “iż-żagħżugħ kien ppreparat u fehem id-diffikultajiet li ġġib magħha operazzjoni bħal din. Jekk kollox imur sew, għalkemm idum ma jirkupra, għandu jgħix ħajja kompletament normali”.

Sobral, li kien ilu jbati minn kundizzjoni f’qalbu, seraq il-qlub tal-ġurija u tal-pubbliku hekk kif il-kanzunetta miktuba minn oħtu, “Amar Pelos Dois” rebħet il-Festival f’Mejju li għadda b’seba’ mija tmienja u ħamsin vot.

Il-vuċi ta’ Salvador saħħret lil kulħadd meta l-Ewropa mifnija b’għadd ta’ sfidi li laqtuha fl-aħħar snin għażlet is-sempliċità fuq dak kummerċjalment vijabbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend