Infurzar mid-dipartiment tad-Dwana kompliet tagħti aktar riżultati – One News

Notifiki

Infurzar mid-dipartiment tad-Dwana kompliet tagħti aktar riżultati

F’Novembru l-kampanja ta’ infurzar mid-dipartiment tad-dwana tkompli tħalli l-frott tagħha.

  • 50 tfittxija fi ħwienet, 3 tfittxijiet f’residenzi jew garaxxijiet privati, 8 tfittxijiet fi swieq miftuħa u tfittxija waħda f’vettura privata
  • 151 spezzjoni fuq vetturi mal-wasla minn Sqallija
  • 219 spezzjoni għal flus mhux dikjarati
  • Infetħu 18-il kontenitur biex ġew spezzjonati għal oġġetti foloz
  • Apparati ta’ Scanning li għandha d-Dwana użati 13,219-il darba

Mit-tfittxijiet li saru f’Novembru ġew miżmuma 43,340 sigarett u 3.8 kilogrammi tabakk tal-kuntrabandu, ammont kbir ta’ basktijiet  tal-plastik, 69 flixkun inbid u 8 flieken spirtu alkoħoliku. Filwaqt li ġew konfiskati ‘il fuq minn 40 elf sigarett tal-kutrbandu. Apparti dawn, ġew konfiskati żewġ vetturi. Matul dan il-perjodu saru 18-il spezzjoni għal oġġetti kontrafatti (foloz) filwaqt li d-Dwana  użat id-diversi mezzi ta’ scanning li għandha mifruxa għal 13,219-il darba.

Id-Dipartiment tad-Dwana jkompli jtenni li l-kuntrabandu huwa reat kriminali serju ħafna li, f’każ ta’ ħtija quddiem il-Qorti, iġorr miegħu penali fiskali ħorox, konfiska tal-mezz tal-ġarr, u saħansitra, anki tiġi kkunsidrata piena karċerarja. Id-dipartiment jappella għall-għajnuna tal-pubbliku u jista’ jagħmel dan b’mod anonimu billi jċempel fuq 2568 5124 jew 2568 5200.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend