Il-Partit Laburista ġabar is-somma rekord ta’ aktar minn sitt mija u ħdax-il elf ewro waqt maratona ta’ ġbir ta’ fondi li ttellgħet matul il-jum tal-Ħadd fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.
Fi tmiem il-maratona, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat ta ħajr lil kull min għen biex tittella’ l-maratona b’risq il-ħidma tal-Partit Laburista u lil min ikkontribwixxa. Dr Muscat żied iħeġġeġ lill-poplu Malti biex l-għada tal-Milied jagħti d-donazzjoni tiegħu b’risq il-Malta Community Chest Fund waqt il-maratona tal-Istrina.