Il-flakka illegali mill-ġimgħa d-dieħla | One News

Notifiki

Il-flakka illegali mill-ġimgħa d-dieħla

Permezz t’Avviż Legali li mistenni jkun ippubblikat il-ġimgħa d-dieħla, id-droga sintetika flakka u drogi oħra simili se jsiru illegali f’pajjiżna.

Filfatt, is-sustanza alpha PVP li hija magħrufa fit-triq bħala flakka, se ssir illegali b’dan l-Avviż Legali.

Minbarra l-alpha PVP, dan l-Avviż Legali se jagħmel illegali wkoll żewġ sustanzi oħra – l-4,4-DMAR u l-methoxetamine.It-tliet sustanzi huma forom ta’ drogi sintetiċi li ħallew għexieren ta’ persuni mejta madwar l-Ewropa, u m’għandhom ebda tip ta’ użu mediċinali, terapewtiku jew industrijali.

Għaldaqstant dan l-Avviż Legali mhu se jaffettwa lill-ebda prodott ieħor fis-suq.

Fost is-sintomi li għaliha hija magħrufa l-flakka hemm il-paranojja u l-alluċinazzjonijiet.

Fl-aħħar xhur l-awtoritajiet esprimew it-tħassib tagħhom fid-dawl li l-użu ta’ din id-droga beda jkun aktar spiss u għalhekk bdiet mill-ewwel il-ħidma biex isiru l-liġijiet meħtieġa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend