Libsa festiva bi 13,000 bozza għall-faċċata tal-Każin Unjoni f'Ħal Luqa | One News

Notifiki

Libsa festiva bi 13,000 bozza għall-faċċata tal-Każin Unjoni f’Ħal Luqa

Bi 13,000 bozza, 150 metru ta’ dawl LED u iktar minn 5 kilometri ta’ wajers, ingħatat libsa ġdida lill-faċċata tal-Każin Unjoni f’Ħal Luqa għal żmien il-Milied.

Il-proġett “The Facade in Yuletide” mhux biss ipaxxi l-għajn ta’ kull min ikun għaddej minn quddiem il-każin fi Triq Sant’Andrija f’Ħal Luqa, iżda anki l-widna hekk kif matul ix-xahar ta’ Diċembru kollu se jsiru spettakli ta’ dawl sinkronizzat mal-mużika.Dan sar possibbli bil-ħidma ta’ numru ta’ voluntiera flimkien ma’ mużiċisti, electricians u nies tekniċi.

Il-proġett “The Facade in Yuletide” qed isir għall-għaxar darba minn meta ħarġet bl-idea s-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika l-Unjoni ta’ Ħal Luqa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend