L-Iraq ħabbar li l-gwerra kontra l-Istat Islamiku ntemmet | One News

Notifiki

L-Iraq ħabbar li l-gwerra kontra l-Istat Islamiku ntemmet

Il-Prim Ministru, Haider al-Abadi qal li t-truppi Iraqqini issa għandhom kontroll assolut tal-fruntiera bejn l-Iraq u s-Sirja.

Iż-żona tal-fruntiera kienet tinkludi l-aħħar ftit żoni miżmuma mill-Istat Islamiku, wara li tilfu l-belt ta’ Rawa f’Novembru.

Din l-aħbar waslet jumejn wara li l-militar Russu ddikjara li lesta l-missjoni li jegħleb l-Istat Islamiku fis-Sirja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend