Is-Servizzi tas-Sigurtà ċaħdu allegazzjoni li għamel tard is-Sibt filgħaxija d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi meta fi tweet allega li kienu qegħdin isegwuh b’żewġ karozzi.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li jinsab informat li s-Servizzi tas-Sigurtà ta’ Malta għamlu kuntatt mad-deputat tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi u informawh li ħadd mis-Servizzi ta’ Sigurtà ma kien qiegħed isegwih.
Il-Gvern innota b’dispjaċir din l-informazzjoni żbaljata min-naħa tal-membru parlamentari.