FIAU u ftit ereżiji | One News

Notifiki

FIAU u ftit ereżiji

 

Kontu tafu li l-Avukat Ġenerali tal-2001 (Anthony Borg Barthet)  kien involut fit-tfassil tal-liġi tal-FIAU.  U waħda mill-klawsoli tgħid li l-Bord tal-FIAU jkun kompost minn, fost oħrajn, persuna waħda minn tlieta nominati mill-Avukat Ġenerali.  Tidħkux.  L-Avukat Ġenerali ta’ dak iż-żmien kien iwaddab ismu, u allura jagħżlu lilu. L-istess meta spiċċa Borg Barthet, u daħal Dr Silvio Camilleri bħala Avukat Ġenerali. Hu beda jmur u bħala Chairman. Warajh għamel l-istess Dr Peter Grech, għax hekk daħlet id-drawwa.

Għalkemm mhux ħafna jitħallsu talli jkunu fuq il-Bord !

Jien ma naqbilx li dak li kien sar fl-2001 għandu jibqa’ jsir, u l-Avukat Ġenerali m’għandux ikun hu personalment fuq il-Bord.  

U l-FIAU joħroġ rapport fis-sena u jippubblikah.  Biex ikun jaf kulħadd. Fost

ħwejjeġ oħra r-rapport fi żmien Dr Silvio Camilleri kien jiddeskrivi l-funzjonijiet tal-FIAU huma :

“The three main core activities of the FIAU are therefore to: receive and analyse financial information on transactions suspected of involving money laundering or related to the funding of terrorism and to report thereon; co-operate and exchange information with local and foreign supervisory authorities and foreign FIUs either through bilateral arrangements or spontaneously under conditions determined by the FIAU; and, monitor and ensure compliance by subject persons with their obligations under the Regulations”  (rapport tas-sena 2006);

 

Fir-rapport tas-sena 2008, fejn issa hemm ukoll ir-ritratt tal-Avukat Ġenerali Dr Silvio Camilleri, l-ewwel jerġgħu jirrepetu x’inhuma l-funzjonijiet tal-FIAU, f’rapport li jġib il-firma ta’ Dr Silvio Camilleri. Umbagħad jagħmlu tabella li hija interessanti.

Jingħad f’din it-tabella kemm-il rapport bagħtu għand il-pulizija, fis-snin kollha mis-sena 2003. U meta tqalleb iżjed issib li każ wieħed biss ta’ ħasil ta’ flus imqanqal mill-FIAU spiċċa l-Qorti.  Il-bqija minkejja kważi tletin rapport kull sena, żewġ każi  biss spiċċaw  b’kundanna,  quddiem il-qrati.

March 2007 in the case of the ‘Republic of Malta-vs-Maria Abela’, the Courts of Malta delivered two other money laundering convictions in 2008.3 The first conviction was handed down by the Criminal Court on 15 February 2008 in the case of the ‘Republic of Malta v. Carmen Butler and Stephanie Butler’.The second conviction was delivered by the Court of Magistrates (Criminal Judicature) on 27 November 2008 in the case of the‘Police-vs-Ariam Edilberto Lore’.The latter conviction resulted from a police investigation initiated through an analytical report prepared by the FIAU following a suspicious transaction report filed by a subject person.”

Skont l-istess rapport tal-2008 tibda mis-sensa 2003, l-għadd ta’ rapport li marru għandu l-pulizija mingħand l-FIAU kienu : Referred to Police 17 23 28  24  24  41

Mela mhux minnu dak li jingħad li kull rapport tal-FIAU għandu jispiċċa awtomatikament f’arresti u qrati, sabiex ikun hawn is-saltna tad-dritt.  Jitkellem min jitkellem dwarha, imqar jekk l-Ogħla Ras.

 

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend