Iffirmat l-ftehim kollettiv li intlaħaq bejn l-Air Malta u l-Unjin tal-Cabin Crew. Ftehim milħuq li sab l-appoġġ tal-maggoranza assoluta tal-ħaddiema.
In-negozzjar tal-ftehim kollettiv li sar mill-President Emeritus George Abela, ilaqqa’ żewġ kunċetti importanti għall-ħaddiema – il-flessibilita’ u l-produttivita’ għall-kumpanija.
Fost oħrajn, il-ħaddiem tal-cabin crew se jaraw zidiet fil-pagi tagħhom. Se jkun hemm in-nies fuq it-titjira li minn ħames membri se jinzlu għall-erba, u se jkun hemm kontroll aħjar tas-servizz.
Noel Mercieca President tal-Unjin tal-Cabin Crew wera s-sodisfazzjoni tiegħu tal-ħaddiem għal dan il-ftehim kollettiv.Dan kien wieħed minn sensiela ta’ numru ta’ ftehimiet kollettivi li jridu jintlaħqu sal-aħħar ta’ din is-sena.
Din il-ġimgħa, l-Air Malta se tkun fil-qrib li mal-General Workers Union – tagħlaq il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Ground Handling.
Filwaqt li l-ġimgħa li ġej id-diskuzzjonijiet se jiffokaw sabiex jintlaħaq ftehim ukoll mal-piloti.
Il-Ministru għat-turizmu Konrad Mizzi qal li dan huwa pass importanti li permezz ta’ aktar appoġġ lill-ħaddiema, l-Air Malta tkompli miexja fid-direzzjoni t-tajba.