Daniel Micallef f’laqgħat fiċ-Ċina – One News

Notifiki

Daniel Micallef f’laqgħat fiċ-Ċina

Il-President Ċiniż, Xinping, beda djalogu mal-Partiti Politiċi tad-dinja f’laqgħa mifruxa fuq tlett ijiem fil-kapitali ta’ Beijing.

Jirrapreżenta lil Malta kien hemm Il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, li kien wieħed mill-kelliema li ddiskutew l-irwol tal-partiti politiċi.

Micallef spjega li r-relazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina dejjem kienet ibbażata fuq rispett reċiproku u fiduċja. Żewġ pajjiżi li ħadmu flimkien u għamlu avvanzi kbar. Micallef wera l-appoġġ tiegħu lejn il-viżjoni tal-President Ċiniż, ‘Belt and Road‘ li timmira għal dinja magħquda b’konnessjoni ta’ infrastruttura fiżika kif ukoll ekonomikament.

Daniel Micallef temm l-inidirizz tiegħu billi saħaq fuq l-importanza tal-partiti politiċi. Partiti Politiċi li jantiċipaw iż-żmien ġejjieni, jaħdmu għal dinja aħjar b’mod ħolistiku bħala legat li wliedna ser jiġġudikawna fuqhom.

Il-Prim Ministru Ċiniż fid-diskors tiegħu sostna li laqgħat ta’ din ix-xorti għandhom jiġu istituzzjonalizzati, b’mod li jsiru opportunità regolari sabiex rappreżentanti minn kull spektru politiku minn madwar id-dinja, jiltaqgħu u jiddidkutu l-ideat tagħhom bl-aspirazzjoni tal-paċi bejn il-popli.

Meqjusa bħala l-akbar laqgħa tax-xorta tagħha, għal dan id-djalogu attendew aktar minn 300 uffiċjal politiku minn 120 pajjiż li fosthom kienu Prim Ministri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend