Donald Trump joħroġ rebbieħ wara li s-Senat japprova riforma fit-taxxa – One News

Notifiki

Donald Trump joħroġ rebbieħ wara li s-Senat japprova riforma fit-taxxa

Riforma fis-sistema tat-taxxa tal-Istati Uniti immarkat rebħa kruċjali għall-amministrazzjoni ta’ Donald Trump. Din ir-riforma ġabet magħha tnaqqis fir-rata minn 35% għal 20% fit-taxxa korporattiva fejn jidħlu negozji kbar.

Is-Senat u l-Kamra tar-Rappreżentanti, li huma t-tnejn ikkontrollati mir-Republikani, bdew taħdidiet sabiex din il-liġi tiġi fis-seħħ qabel il-Milied.

Din ir-riforma ma ntlaqgħetx b’idejn miftuħa min-naħa tad-Demokratiċi, hekk kif jemmnu li din ir-riforma hija biss għall-benefiċċju ta’ negozji kbar u stabbiliti. Dan il-pjan juri tnaqqis qawwi fit-taxxa, iżda dan jiġi bil-konsegwenza li jkompli jiżdied id-defiċit nazzjonali.

Din xorta waħda tibqa’ titqies bħala rebħa kbira għal President Amerikan, Donald Trump, hekk kif mhux l-ewwel darba li l-Kungress Amerikan waqqaf lil Trump milli jagħmel movimenti leġislattivi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend