L-Istitut tal-Istudji Turisti ser jimxi għall-bini l-antik tal-Air Malta f’Ħal Luqa. Dan sakemm jitlesta ix-xogħol fuq il-campus tal-Istitut turistici, li kif tħabbar se jimxi għal Smart City.
Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru ghat-turizmu Konrad Mizzi. Il-Ministru spjega kif fil-binja temporanja, l-istudenti se jkollhom il-faċilitajiet edukattivi miħbura taħt saqaf wieħed. Qabel ma ittieħdet id-deċiżjoni li l-kampus temporanju jimxi għall-building tal-eks uffiċini tal-Air Malta – ġew ikkunsidrati siti oħra fl-Imtarfa, Marsa, Floriana u viċin l-White Rocks f’San Ġiljan.
Il-Ministru Konrad Mizzi spjega kif waslu fl-aħħar stadji id-diskuzzjonijiet bejn il-Gvern u Smart City, sabiex il-gvern jieħu art fi Smart City u jinbena l-campus tal-ITS hemmhekk. Il-Kampus il-ġdid mistenni jkun lest sal-2021. Hemhekk se jkunu qed jiżdiedu l-faċilitajiet għall-istudenti u l-Kampus se jkun qed jilqa’ mal-2000 student.