L-Erbgha filghodu, fil-Port tal-Belt Valletta, kien iċċelebrat is-700,000 moviment ta’ passiġġieri. Dan grazzi għal wasla tal-cruise liner MSC Meraviglia, li daħal dalgħodu stess.
Stephen Xuereb, il-Kap Eżekuttiv ta’ Valletta Cruise Port, qal li qed ikun stmat li sal-aħħar tas-sena jkunu waslu 780,000 passiġġier. Innota li fl-elfejn u sittax, din l-industrija ħalliet erbgħa u disgħin miljun ewro fl-ekonomija Maltija. Il-Kap Uffiċjal tal-Marketing tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu Carlo Micallef spjega kif l-istess awtorita’ għaddejja b’ħidma kontinwa sabiex dawk it-turisti li jkunu żaru pajjiżna, jerġaw jiġu Malta.
Dan filwaqt li l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li l-Gvern huwa impenjat li jissokta l-ħidma mal-Valletta Cruise Port biex joffri prodott kompetittiv li jitjieb kontinwament.