Illum, il-President ta’ Malta żaret tlett sptarijiet oħra f’Londra, fejn pazjenti Maltin jintbagħtu għal kura speċjalizzata.
Dawn l-isptarijiet huma Royal Free Hospital, Royal National Orthopaedic Hospital u St Mark’s Hospital.
F’dawn l-isptarijiet hemm ukoll jaħdmu numru ta’ speċjalisti Maltin, li qed jagħtu isem u xempju mill-aqwa ta’ pajjiżhom.