“Il-Prim Ministru m’għandux għalfejn jiddistabilizza l-Oppożizzjoni għax instabbli diġa’.”
Din kienet l-istqarrija uffiċjali l-Partit Laburista fi tweġiba għal dak li l-Partit Nazzjonalista għoġbu jgħid madwar siegħa ilu, li l-Prim Ministru qed jipprova jiddistabbilizza lill-Oppożizzjoni.
“Fl-istess ħin huwa ta’ għajb li l-Partit Nazzjonalsita spiċċa jattakka ġurnal indipendenti dwar rapport li mill-istess stqarrija tal-Partit Nazzjonalista jidher li kellu dettalji korretti.
Tassew aġir iddisprat ta’ min qed jinkixef li lanqas il-kelma mat-tesserati li għamluh Kap m’huwa kapaċi jżomm.”