Sena ilu, il-President’s Trust beda jikkollabora ma’ Life Charity fir-Renju Unit.
Life Charity hija għaqda mhux governattiva li ilha tmexxi netwerk ta’ akkomodazzjonijiet b’xejn għal nisa tqal u ommijiet bla dar madwar ir-Renju Unit, għal aktar minn erbgħin sena.
Dan ir-rapport ta’ kooperazzjoni beda minħabba li l-President’s Trust beda jiżviluppa proġett simili hawn Malta.
Fil-fatt, dik li llum tissejjaħ ‘Y-Assist’, hija inizjattiva tal-President’s Trust li toffri akkomodazzjoni sostnuta lil ommijiet żgħar bejn l-etajiet ta’ 18 u 24 li jew qed jistennew wild jew inkella li għandhom diġa’ wild li huwa jew hija taħt l-età ta’ 5 snin.
Bħalissa, il-President’s Trust qed takkomoda tliet ommijiet żgħar fl-ewwel dar tagħha li nfetħet fis-sajf. Din l-inizjattiva qed titmexxa bi sħubija mal-Fondazzjoni St Jean Antide, Malta, li hija esperta fix-xogħol ma’ familji vulnerabbli.
Permezz tal-Memorandum ta’ ftehim li ġie ffirmat illum, il-Life Charity qed tikkonsolida l-għan tagħha li tappoġġja l-President’s Trust fuq dan il-proġett.