B’referenza għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista li l-Ministru Ian Borg qal li s-saltna tad-dritt hija sekondarja, il-Partit Laburista qal li din m’hija xejn għajr spin ta’ partit dahru mal-ħajt.
“Il-Ministru Ian Borg qatt ma qal dan.”
Kif jixhed il-filmat anness ma’ dan l-artiklu il-Ministru Borg kien qed jitkellem dwar l-għażliet li jagħmel il-poplu u kif dawn ukoll għandhom ikunu rispettati.
“Qisu għandna kollox ħażin, li l-ġid mhux veru qed jinħoloq li l-ekonomija mhux vera kibret u li qisu l-poplu qatt ma ma mar jivvota u qatt ma ddeċieda. Għax Alla jbierek kulħadd jitkellem dwar is-saltna tad-dritt, imma s-saltna tal-poplu ħadd ma jsemmiha,” qal Borg li mkien ma ssuġerixxa s-saltna tad-dritt hija sekondarja.
Fi kliem il-Partit Laburista, dan hu spin ta’ min jinsab fi kriżi minħabba l-kwistjonijiet interni u l-messaġġi li qed jibagħtlu l-poplu.
“Fuq kollox jekk hawn xi ħadd li jaħseb li hu ‘l fuq mil-liġi hu min jemmen li jista’ ma jħallasx it-taxxa.”