Stħarriġ tal-opinjoni pubblika tal-Maltatoday jitfa’ dawl fuq kif qed jaħsbuha l-Maltin wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Minkejja l-kampanji tal-Partit Nazzjonalista u dawk qrib tiegħu li jsejjħu lilhom infushom is-soċjetà ċivili il-Maltin, għalkemm imnikkta b’dak li ġara lill-Caruana Galizia, ma jemmnux li pajjiżna hu xi mafia state kif hawn min qed jipprova jgħid li hu.
51.5% qalu b’mod ċar li ma jaqblux meta mistoqsija jekk fil-pajjiż hawnx atmosfera ta’ biża’ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Kienu biss 26.3% li qalu li jaqblu ma dikjarazzjoni bħal din. 55.7% qalu b’mod ċar ħafna li ma jaqblux li Malta tissejaħ Mafia State, filwaqt li kienu biss 13.5% li jaqblu ma dikjarazzjoni bħal din.
Il-maġġoranza tal-Maltin ma jaqblux l-anqas mad-dikjarazzjoni li kull fejn tħares hemm il-korruzzjoni għalkemm hawn 35% għażlu li ma jagħtux tweġiba ċara. Peró 36.9% qalu li ma dikjarazzjoni bħal din ma jaqblux u 27.1% tennew li jaqblu.