Stħarriġ tal-Maltatoday ippubblikat dalgħodu wera fiduċja rekord fil-Prim Ministru Joseph Muscat bil-maltatoday tgħid li l-fiduċja fil-Prim Ministru hija fl-iktar livelli għoljin.
“Muscat trust rating at all time high,” jgħid l-istħarriġ li meta jqabbel bejn il-partiti jindika wkoll l-istess riżultat tat-TORĊA ftit tal-jiem ilu b’maġġoranza assoluta ta’ madwar 70,000 vot għall-Partit Laburista kieku kellha ssir elezzjoni għada.
Il-Prim Ministru hu fdat minn 53.7%. Biex żied bi 2.3% l-fiduċja meta mqabbel ma’ stħarriġ simili li sar f’Ottubru li għadda.
Adrian Delia li diġà kien l-iktar mexxej li kellu livelli baxxi ta’ fiduċja kompla jnaqqas u niżel għal 15.2%.
Tnaqqis ta’ 7% meta mqabbel ma’ Ottubru li għadda.
B’hekk Delia qed ikollu trust rating ferm inqas minn ta’ Simon Busuttill li kien il-mexxej li wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar telfa mill-Indipendenza sa issa.