Id-Dipartiment tad-Dwana ser jorganizza bejgħ ieħor bl-offerta’ ta’ diversi oġġetti li nqabdu matul is-sena. Il-lottijiet se jkunu magħmula minn affarijiet varji pero fil-maġġoranza tagħhom huma magħmula minn xorb alkoħoliku.
L-oġġetti kollha offruti għall-bejgħ huma dawn:
- Karozza Mercedes Benz;
- Karozza Daihatsu Charade;
- Karozza Skoda Octavia Saloon;
- Karozza Toyota Corolla;
- 6,143 flixkun vodka tal-marki Smirnoff, Finlandia, Danska, swietovit, Oldesloer, Kirov, Kiprinski, Karenina, u Gorbatschov;
- 3,789 flixkun whisky tal-marki J&B, Famouse Grouse, Dewar’s White Label, Jameson, Southern Comfort, Highland Pride, Black Cock, Mckirdy u Doborn;
- 361 flixkun brandy tal-marki Napoleon u Camus;
- 117-il xorb alkoħoliku mħallat fosthom Gin, Bacardi, Rum, Cointreau, Averna, Fernet Branca, Tequila, Sambuca, Anisette, Grappa u Amaro Ramazzotti;
- 1,113 flixkun inbid;
- 33,841 par żarbun;
- 110 il-pallet madum tal-ħajt taċ-ċeramika;
- 279 plastic coolers;
- 10 supermarket trolleys kbar;
- 60 Office Executive Chairs;
- 39 tyres;
- 5,000 CD Covers;
- Dinghy kbir; u
- 40 wc u sinkijiet taċ-ċeramika
Wieħed jista’ jara dawn l-oġġetti bejn nhar it-Tnejn 20 ta’ Novembru 2017, bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-12.30pm u t-3.30pm, u l-Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2017 sa nofsinhar, f’Auction House, Newport Bonded Stores, il-Marsa.
Aktar informazzjoni dwar il-komposizzjoni tal-lottijiet u l-prezz risevat (fejn japplika) jinsabu fl-Applikazzjoni tal-Offerta’ li wieħed jista’ jakkwista mill-post hawn fuq imsemmi fid-dati u ħinijiet imsemmija. Wieħed jista’ jċempel ukoll, għal aktar informazzjoni, fuq 2123 7209 jew 2568 5167
L-offerti jintlaqgħu bejn Tnejn 20 ta’ Novembru 2017 u l-Ġimgħa 24 ta’ Novembru 2017 f’nofsinhar.