L-Indjana Manushi Chhillar ġiet intitolata Miss World 2017, is-sitt kontestanta Indjan li rebħet dan it-titlu.
Il-mudella, li tgħodd biss l-20 sena, għelbet lil Miss Messiku u Miss Ingilterra fit-tieni u t-tielet post f’din is-67 edizzjoni tal-konkors tas-sbuħija f’Sanya, iċ-Ċina.
Ir-rebbieħa tat-titolu tas-sena li għaddiet, Stephanie Del Valle minn Puerto Rico għaddiet il-kuruna tagħha lis-Sinjura Chhillar.
Kien ċar li l-istudenta medika kienet sorpriża ħafna bir-rebħa tagħha, fejn għelbet 118-il kontestanta oħra minn madwar id-dinja.