Il-Partit Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista qed juru li la semgħu u lanqas iridu jisimgħu l-messaġġ tal-poplu kontra l-esaġerazzjonijiet u l-partiġjaniżmu żejjed fejn mhux meħtieġ.
Stqarr dan uffiċjalment il-Partit Laburista fl-aħħar stqarrija tiegħu, fejn ikkundanna l-mod kif il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jipprova jippolitiċizza dak kollu li għaddej fil-pajjiż huwa kundanabbli u tal-mistħija.
“Meta l-Partit Nazzjonalista joħroġ stqarrija biex jgħid li “l-omiċidji f’pajjiżna huma xi ħaġa li indrat” u jipprova jdawwar każ f’logħba politika jkun qed jara sal-ponta ta’ mnieħru.”
Il-PL fakkar kif f’dawn l-aħħar għaxar snin, is-sena bl-iktar omiċidji u vittmi kienet l-2012, l-aħħar sena ta’ gvern nazzjonalista. Dakinhar kien hemm 10 każi u 12 –il vittma.
“Adrian Delia qed jispiċċa jagħmel argumenti li ma jagħmlux sens biex jipprova jogħġob lill-establishment li jrid ikun negattiv akkost ta’ kollox. Huwa messu jirrealizza li aħjar jibda jmexxi l-oppożizzjoni għax biex jogħġob l-establishment qed jispiċċa jitlef l-appoġġ ta’ kulħadd.”