Dalgħodu l-gazzetta KullĦadd żvelat li Adrian Delia se jkun qed imur lura mill-wegħda tiegħu li ma jbigħx iktar każini tal- Partit Nazzjonalista.
Fil-ħarġa tal-lum kien żvelat li ż-żewġ każini li jrid ibigħ fl-immedjat biex idaħħal il-flus kemm jista’ jkun malajr huma ta’ Fleur De Lys u Ħal Għaxaq.
Delia se jgħid li dan se jagħmlu għax kien hemm pjan li ma setax imur lura minnu. Bħalissa Adrian Delia jinsab jiġġieled id-dejn fuq żewġ fronti: dak personali u dak tal-partit. Però fil-Partit mhux biss irid iħallas id-dejn imma jrid isib il-flus biex jimpjega lil ta’ madwaru.
Fost oħrajn hemm Clyde Puli li dieħel għal Segretarju Ġenerali u qed jinnegozja l-paga. B’ta Chris Said diġà qed jgħidu li ż-żiemel tagħhom ma kienx jitħallas meta kien deputat u Segretarju Ġenerali fl-istess ħin.