Raġel ta’ 43 sena tressaq il-Qorti mixli li ħebb u kkawża ġrieħi ħfief fuq martu, u li hedded lill-kunjatu.
Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat, flimkien ma’ martu u l-ħames uliedhom, jgħix mal-kunjatu u allegatament spiss ikollu xi jgħid miegħu. L-akkużat qal li m’għandux fejn imur joqgħod, għaliex missieru mejjet u m’għandux rapporti tajbin m’ommu u ma’ ħutu.
ll-Maġistrat Claire Zammit Stafrace tatu l-ħelsien mill-arrest b’numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li ma jkellimx lil martu u lill-kunjatu u ma jersaqx lejn il-post fejn jirrisjedu, kif ukoll garanzija personali ta’ €1,000.