Malta fil-lista ta’ Fodor’s Travel bħala wieħed mill-postijiet li għandek iżżur fl-2018 – One News

Notifiki

Malta fil-lista ta’ Fodor’s Travel bħala wieħed mill-postijiet li għandek iżżur fl-2018

Fodor’s huwa l-akbar pubblikatur fid-dinja t’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u t-turiżmu bil-lingwa Ingliża. Huwa l-ewwel produttur professjonali ta’ kotba gwida tal-ivvjaġġar.

Il-Belt Valletta tingħata prominenza fil-lista ssuġġerita għall-Ivjaġġar fl-2018: https://www.fodors.com/news/photos/fodors-go-list-2018

Malta għadha kif ġiet iddikjarata bħala ‘top performer in Europe’ fl-Indiċi tal-Bord tal-Marketing Turistiku prodott minn GlobalData, mexxej fis-suq li jipprovdi informazzjoni u analiżi tan-negozju. Ir-rivista Lonely Planet u Architectural Digest qalu wkoll li Malta hija l-post li wieħed għandu jżur fl-2018.

L-Awtorità Maltija għat-Turizmu taħdem bis-sħiħ is-sena kollha biex dejjem ittejjeb il-prodott turistiku Malti, bl-appoġġ tal-Ministeru għat-Turiżmu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend