Kantaw vittorja bil-mozzjoni fil-Parlament Ewropew, imma ….. | One News

Notifiki

Kantaw vittorja bil-mozzjoni fil-Parlament Ewropew, imma …..

1.  Tafu li l-ebda ġurnal ma ġab il-kliem kollu tal-mozzjoni!??! Jien se nġib partijiet fejn wiċċ il-PN ma jibqax jidher nadif u paladin tar-Rule of Law. Inġib bl-Ingliż u mbagħad ngħid fil-qosor bil-Malti. “Q. whereas the Panama Papers revelations from April 2016 showed that a total of 714 companies linked to Malta are listed in the Panama Papers database of the International Consortium of Investigative Journalists; whereas these documents included revelations regarding a current minister and a former minister from the previous administration, and high-ranking officials;” Fil-Panama Papers barra 714-il kumpanija Maltija kien hemm ukoll isem Ministru tal-Gvern preżenti u Ministru tal-Gvern ta’ Qabel. “Tidħqux jew aħjar tibkux. Il-Ministri li jissemmew huma Konrad Mizzi imma l-ieħor huwa Francis Zammit Dimech li kien qed jivvota favur il-mozzjoni.

2. “the on-site inspection carried out by the FIAU at Pilatus Bank and allegedly found the bank in violation of Malta’s anti-money laundering legislation; whereas Pilatus Bank’s licensing process has been expeditious compared with the average time required to ensure compliance with standards laid down in the Capital Requirements Directive.” Il-Pilatus Bank instab li m’għandux kollox in regola; u biex Pilatus Bank ħa l-liċenzja, vera għadda b’ħeffa kbira mqabbel ma’ dak li hu normali biex kollox isir sew.” Tafu min kien il-Ministru responsabbli meta l-Pilatus Bank ħa l-Liċenzja? Għandkom zball! Ma kienx Edward Scicluna. IMMA L-MINISTRU TONIO FENECH!

3. U dak li f’25 sena l-PN ma għamlux il-PL għamlu;” whereas the Maltese Government has implemented the Protection of the Whistleblower Act, 2013(7), and is one of a minority of EU Member States which have enshrined dedicated whistle-blower protection measures in law;” Il-Gvern għamel il-Whistle Blower Protection Act, u huwa wieħed mill-ftit membri stati li għamlu hekk fl-Ewropa. HEHEHE. Issa dawn tal-Ewropa meta kien hemm impjegat li kixef, malajr qabduh miċ-ċinta tal-qalziet u waddbuh ‘il barra.

4.  “whereas Daphne Caruana Galizia was facing numerous libel charges brought by political representatives from across the political spectrum in Malta;” DCG kellha kawżi ta’ libell minn politiċi minn kull naħa ta’ politika” Il-mozzjoni kienet qed tikkritika dawn il-libelli u ma nsewx indirettament li jsemmu ta’ Adrian Delia wkoll!

5.  “whereas the Media Pluralism Monitor’s 2016 Country Report on Malta identified medium (close to high) levels of risk with regard to market plurality and political independence, and identified risk-increasing factors relating to lack of data on the media market, lack of protection and self-regulation of journalists and editorial autonomy, direct political ownership of media outlets and lack of media literacy policy(4) ;” F’rapport illi sar fuq il-medja f’Malta instab li hemm nuqqas ta’ indipendenza mill-politika, u difetti ohra, fosthom li parti sew mill-media hija f’idejn il-partiti politiċi. Mela ħatja kemm il-Laburisti u kemm in-Nazzjonalisti. Jew m’aħniex f’dinja? U favur ivvutaw ukoll l-MEPs Maltin u dawk ta’ Berlusconi li m’għandux media f’idejh! Bejta ipokriti mhux ħażin.

6.   U meta l-Partit Popolari kellu l-mozzjoni kontra l-Ungerija li saret faxxista taħt partit sieħeb Fidesz, l-instructions kienu li ma jivvutawx favur il-mozzjoni  għax kienet se tolqot partit sieħeb fil-Gvern.  Imma serrħu raskom.  Mhux se jaqa’ l-Gvern bil-mozzjoni!

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend