Raġel ta’ disgħa u għoxrin sena minn Ħal Għaxaq jinsab l-isptar għall-kura wara li ndarab waqt li kien qiegħed jaħraq xi skart relatat mal-manifattura tal-logħob tan-nar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar viċin kamra tan-nar fil-post magħruf bħala tal-Garda, limiti ta’ Ħal Għaxaq.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku qabel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn iktar tard ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet rigward il-każ għadhom għaddejjin.