Għadu jinsab f’qagħda kritika, Raymond Grima ta’ sittin sena mill-Iklin li fil-ħin tal-isparatura li seħħet il-Ġimgħa filgħaxija ndarab bi tliet tiri ta’ arma tan-nar f’żaqqu.
Fi stqarrija tard is-Sibt filgħaxija, il-Pulizija qalet li fis-sigħat li għaddew tkomplew l-investigazzjonijiet intensivi tal-pulizija bil-għan li tistabbilixxi l-moħħ jew l-imħuħ wara l-qtil ta’ Angelo Mangion ta’ 58 sena minn Ħal Qormi.
Il-Pulizija qalet li diversi persuni qed jgħinuha dwar dan l-inċident, filwaqt li s-Sibt saret l-awtopsja fuq il-kadavru tal-vittma hekk kif ordnat mill-Maġistrat Inkwirenti.
Il-Pulizija qalet li għadha qed tinvestiga l-każ filwaqt li tkompliet l-inkjesta Maġisterjali.
Il-Pulizija appellat biex kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 119 / 21 224001.